Kercem Official Website
Untitled Document
kercem.gozo.com
Latest Kercem News Updates
   
IT-3 TA' SETTEMBRU - IL-FESTA LITURGIKA TAL-KBIR PAPA SAN GIRGOR - PATRUN TAL-KERCMIN

Ta' Kerċem, il-Ħamis 2 ta' Settembru 2010


Il-ġurnata tat-3 ta' Settembru hija waħda għażiża għalina l-Kerċmin.  Dan għaliex, id-dinja kollha kattolika tkun qed tiċċelebra l-festa tal-Papa San Girgor il-Kbir, Duttur tal-Knisja u Protettur tal-Poplu Għawdxi sa mill-ibgħad żminijiet.  San Girgor huwa l-Patrun tar-raħal tagħna. 

Biex titfakkar din il-festa fil-kalendarju liturġika, għada l- Ġimgħa, fis-Santwarju Parrokkjali tagħna fis-7.00pm, ser issir Il-quddiesa konċelebrata sollenni bis-sehem tas-saċerdoti tal-parroċċa, u li ser titmexxa mis-saċerdot novell Dun Maximillian Grech, filwaqt li l-omelija tal-okkażjoni ssir mis-saċerdot novell Dun Noel Debono. 

Għal dan il-jum, l-istatwa titulari tal-qaddis patrun tagħna tinsab esposta fil-Knisja, għal qima tagħna.  Inħeġġu lil kulħadd biex ikun preżenti għal din l-okkażjoni, filwaqt li nuru l-ferħ tagħna billi ntellgħu l-bnadar fuq il-bjut tagħna.

VIVA L-KBIR PAPA SAN GIRGOR

Posted on 01 Sep 2010 by administrator
TITJIB FL-INFRASTRUTTURA TAL-ISKOLA PRIMARJA TAGHNA

Ta' Kercem, it-Tlieta 24 ta' Awissu 2010

Jinsab ghaddej b'ritmu mghaggel programm ta' titjib infrastrutturali fl-iskola primarja tar-rahal taghna.  Dan it-titjib jikkonsisti principalment fil-bdil tal-madum tal-kuriduri kollha tal-iskola u anke z-zebgha tal-istess kuriduri.

Il-bdil tal-madum kien mehtieg, peress li dak li kien hemm qabel kien jizloq, u allura nhass il-bzonn li tithares aktar is-sahha tat-tfal li jattendu l-iskola taghna.  Dan ix-xoghol qieghed isir mill-Ministeru ghal Ghawdex.  Infatti l-Ministru Giovanna Debono zaret ix-xogholijiet ta' titjib u tkellmet mal-haddiema.  Hija kienet akkumpanjata mis-Surmast tal-iskola is-Sur Mario Zammit.

Posted on 28 Aug 2010 by administrator
SAJF IMPENJATTIV GHALL-KUNSILL LOKALI TAGHNA

Ta' Kercem, is-Sibt 21 ta' Awissu 2010

Minkejja li ninsabu fl-eqqel tas-sajf 2010, il-hidma tal-Kunsill Lokali taghna xorta wahda tinsab ghaddejja.  Kif kien thabbar f'Jum Ta' Kercem 2010, il-Kunsill Lokali ghandu diversi progetti u xogholijiet li ser ikun qed jahdem fuqhom fil-gimghat u x-xhur li gejjin - progetti u xogholijiet li ser ikomplu jibdlu l-wicc tar-rahal taghna.  Illum ser insemmu l-aktar importanti.

Gnien il-Familja

Ix-xogholijiet fuq Gnien il-Familja, li ser isir bejn Triq il-Horg u Triq is-Summien ser jinbeda matul il-gimgha d-diehla.  Wara li gew evalwati l-offerti mitfugha, gie deciz li l-kuntrattur li ser jaghmel ix-xoghol tal-bini tal-gnien ser ikun Saviour Spiteri.  Fl-ahhar jiem il-kuntrattur flimkien mal-Perit zaru l-post u qablu fuq il-bidu tal-progett.  L-ewwel li ser isir huwa giebja kbira ghall-ilma tax-xita.  Huwa mistenni li x-xoghol fuq il-bini ta' dan il-gnien ikun lest fi ftit xhur.  Kulhadd jaf li dan huwa progett kbir hafna, u l-Kunsill sar appogg qawwi mis-Segretarjat Parlamentari ghal Kunsilli Lokali biex din il-holma ta' hafna ser tibda ssir realta'.

Centru Civiku

Progett iehor ewlieni tal-Kunsill taghna huwa dak tac-Centru Civiku.  Illum nistghu nghidu li x-xoghol miexi kif ippjanat.  Il-basement lest minn kollox u fil-jiem li gejjin ser jitnaddaf, jitwahhlu l-bibien tal-garaxxijiet u mbghad tkun tista' tohrog l-offerta ghal kiri taghhom.  Xoghol iehor importanti marbut ma dan il-progett kbir huwa s-sistemi ta' dawl, ilma, telefon, sigurta', IT u affarijiet relatati.  L-offerti gew evalwati u l-kuntrattur maghzul huwa Richard Cauchi.  Dan mistenni jibda x-xoghol fil-jiem li gejjin.  Intant, mistenni jibda wkoll it-tikhil tal-ewwel sular minn gewwa u jkompli t-twahhil tat-twieqi - li huma lesti kollha.

Kisi ta' toroq bit-tarmak

Xoghol iehor importanti li mistenni li jinbeda dalwaqt huwa dak tal-kisi bit-tarmak ta' diversi toroq.  Hemm il-hsieb li fi zmien sena jigu miksija sitt toroq ohra f'Ta' Kercem u Santa Lucija, u b'hekk inkunu kwazi ksejna t-toroq kollha tal-lokalita' bit-tarmak.  It-toroq li fuqhom ser isir ix-xoghol ta' tarmak matul din is-sena huma Triq is-Santwarju Puniku, Triq Wenzu Mintoff, Triq il-Gamiem, Triq is-Summien, Triq il-Horg u Triq il-Gojjin.  Il-Kunsill ghazel il-kuntrattur li ser jaghmel dawn ix-xogholijiet, li hu Road Construction Co. Ltd.  F'diversi toroq ser jinbidlu wkoll is-servizzi tal-ilma, telefon u fejn hemm bzonn anke d-drenagg. 

Kumitat Amministrattiv Santa Lucija

Mill-bidu ta' Lulju, beda jiffunzjona wkoll il-Kumitat Amministrattiv ta' Santa Lucija.  Hawnhekk ukoll qed issir hidma sfiqa minn dawn il-membri.  Bhalissa qed isir xoghol fuq applikazzjonijiet interessanti dwar progetti li, jekk isibu l-appogg tal-Gvern Centrali, jkunu jistghu jibdew jitwettqu f'din il-Komunita'.

Kampanja Lokalitajiet Indaf

Fi ftit jiem ohra, mistennija tithabbar ukoll ghat-tieni sena konsekuttiva l-Kampanja Lokalitajiet Indaf.  Din is-sena mistennija li ssir kampanja edukattiva qawwija fost ir-residenti dwar is-separazzjoni tal-iskart.  Kif kien thabbar ukoll f'Jum Ta' Kercem 2010, mistenni li jitqassmu l-boroz grizi b'xejn ghal sena shiha lir-residenti kollha.  Dawn l-inizjattivi u ohrajn mistennija li jigu komunikati lir-residenti kollha dalwaqt, imma sadanittant xorta nkomplu nishqu dwar l-importanza tas-separazzjoni tal-iskart fid-djar taghna.

Posted on 21 Aug 2010 by administrator
"TUNE 'N CONERT" JITTELLA B'SUCCESS FIL-LOKALITA' GEMELLATA TAL-FLORIANA

Floriana - Malta, il-Hamis 19 ta' Awissu 2010

L-istedina li l-Kunsill Lokali tal-Floriana ghamel lill-Ghaqda Muzikali San Girgor Ta' Kercem sabiex jittellgha l-programm muzikali "Tune 'n Concert", irrizultat f'success kbir.  Atmosfera mill-isbah, ambjent uniku b'veduti spettakolari tal-Port il-Kbir fl-isfond, u siltiet muzikali esegwiti b'hila kbira mis-Surmast u mill-bandisti taghna, kieku l-elementi ewlenin li ddominaw il-kwazi saghtejn ta' dan il-kuncert.  Fl-istess attivita', l-Banda San Girgor u l-Banda Vilhena tal-Floriana, iffirmaw ftehim ta' Gemellagg Bandistiku bejniethom.  Dan huwa t-tieni gemellagg bandistiku, wara dak li kien sar mal-Associazione Musicale Banda San Gregorio da Sassola tal-Italja.

L-attivita' bdiet fit-8.00pm u saret fic-Centru Rikreattiv Re Gorg V, fil-Floriana.  Dan il-post ghadu kif sarlu xoghol kbir ta' rinovar fih mill-istess Kunsill Furjaniz.  Fil-bidu tal-programm saru messaggi qosra mis-Sindku tal-Floriana Nigel Holland u mis-Sindku Ta' Kercem Joe Grima.

Il-programm inqasam f'zewg taqsimiet.  Fi tmiem l-ewwel parti, sar l-iffirmar tal-Gemellagg Bandistiku.  L-iffirmar sar miz-zewg Presidenti taz-zewg socjetajiet muzikali, jigifieri Dr. Joshua Grech ghall-Banda San Girgor u s-Sur Frans Bonnett ghall-Bnnda Vilhena.  Iz-zewg Sindku kienu x-xhieda ta' dan il-ftehim.  Wara sar bdil ta' rigali u anke saru messaggi qosra miz-zewg Presidenti.

Fil-programm ippartecipaw ukoll il-kantanti Gloriana Arpa Belli, Mario Caruana u Sarah Bonnici.  Dawn intlaqghu tajjeb hafna mill-pubbliku prezenti.  Fi tmiem il-programm, l-udjenza applawdiet bil-wieqfa bhala sinjal ta' approvazzjoni ghall-ezekuzzjoni brillanti tas-siltiet muzikali li ndaqqu.

Kienu diversi l-mistiedna, fosthom l-Aricipriet tal-Floriana Fr. Richard Borg, Kunsilliera, Presidenti u rapprezentanti ta' diversi Baned Maltin.  Matul dan il-programm, thabbar ukoll li l-Ghaqda Muzikali San Girgor ser ittellgha programm muzikali fit-Teatru Manoel fit-22 ta' Frar li gej.   

Posted on 20 Aug 2010 by administrator
GURNATA STORIKA GHAL GHAWDEX - ISSIR L-EWWEL SEDUTA TAL-KUMITAT REGJONALI T'GHAWDEX

Belt Victoria, il-Hamis 19 ta' Awissu 2010

Fil-bini tal-Banca Giuratale, fi Pjazza Indipendenza, illum il-Hamis, 19 ta' Awissu 2010, regghet inkitbet pagna ohra storika ghal griziritna.  Illum iltaqa' ghall-ewwel darba, u allura ser jibda jahdem b'mod ufficjali, il-Kumitat Regjonali t'Ghawdex.  Dan il-Kumitat, li huwa ffurmat mis-Sindki kollha Ghawdxin, huwa mmexxi mill-President Regjonali t'Ghawdex u Sindku tal-Belt Victoria Dr. Samwel Azzopardi.

Il-laqgha bdiet f'nofs in-nhar, u ghaliha kienu prezenti wkoll membri tal-media.  F'din l-ewwel laqgha, saret introduzzjoni mill-President Regjonali Dr. Azzopardi.  Wara nhatar il-Vici President, li gie approvat b'mod unanimu.  Dan huwa s-Sur Paul Buttigieg, Sindku tal-Qala.

Ghalissa l-Kumitat Regjonali ser ikun qed jiffunzjona mill-bini tal-Banca Giuratale, li fiha hemm ukoll l-ufficini tal-Kunsill Lokali tar-Rabat.  Aktar 'l quddiem ghandu jinstab post adattat ghal dan l-ufficcju.  L-Agent Segretarju Ezekuttiv ta' dan il-Kumitat huwa s-Sur David Soler.

Posted on 19 Aug 2010 by administrator
Content Management Powered by CuteNews




 

 

 

 

Winners of the European Destinations of Excellence Award

 

 

 

 

Click here for images of this years' festa.

 



 

   
 

 
Download the latest issue of Kuntatt here

:: Kuntatt - Kunsill Lokali Kercem
Settembru 2003


:: Kuntatt - Kunsill Lokali Kercem
Gunju 2003


:: Kuntatt - Kunsill Lokali Kercem
Marzu 2003


:: Kuntatt - Kunsill Lokali Kercem
Settembru 2002



Click Here for More...
   

Untitled Document
kercem.gozo.com 2004



Send us an email